Wednesday, August 20, 2008

Bilanc bejn id-drittijiet u r-responsabbiltajiet

Il-proposta tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat li z-zghazagh Maltin u Ghawdxin ta’ 16 – il sena jinghataw id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali hija proposta li tohloq bilanc mehtieg bejn id-drittijiet u r-responsabbiltajiet taz-zghazagh.

Frott l-opportunitajiet edukattivi li matul is-snin inholqu minn amministrazzjonijiet differenti li mexxew pajjizna, r-responsabbiltajiet taz-zghazagh zdiedu bil-kbir minn dak in-nhar li l-Partit Laburista kien estenda l-vot minn persuni ta' 21 sena ghal dawk li ghandhom 18-il sena.

Illum zghazagh ta’ 16 –il sena diga qeghdin jiehdu decizjonijiet importanti hafna ghal hajjithom. Decizjonijiet li jorbtu b’mod partikolari mal-qasam edukattiv. Dan bhal meta jigu biex jaghzlu s-suggetti u l-istituzzjonijiet edukattivi li se jattendu fihom, f’liema istituzzjonijiet edukattivi mhux biss ikunu qeghdin ifasslu l-futur izda jghixu l-prezent taghhom. Jistghu jiddeciedu wkoll jekk ikomplux jistudjaw jew inkella johorgux jahdmu u ghalhekk ihallsu t-taxxa.

Hekk xieraq li liz-zghazagh naghtuhom rwol fid-decizjoni bhal per ezemju Kunsilli Lokali. Izda iktar minn hekk iz-zghazagh ghandhom kontribut kbir x’jaghtu f’dawk li huma ideat. Ghandhom il-hila li jesponu ideat friski u nnovativi.
Il-Forum Zghazagh Laburisti jemmen li f’dan l-istadju ghandu jkun hemm diskussjoni miftuha dwar il-hsieb espress mill-Mexxej Laburista. Min qieghed jopponi minghajr ma jkun miftuh ghad-diskussjoni jkun qieghed jghid biss lil dawn iz-zghazagh li m’ghandhomx kontribut x’jaghtu lis-socjeta.

Huma hafna dawk li jhossuhom komdi jitkellmu dwar il-fatt li z-zghazagh huma l-futur ta’ dan il-pajjiz, izda l-Forum Zghazagh Laburisti jfakkar li z-zghazagh mhux biss huma l-futur izda huma wkoll il-prezent.

7 comments:

Anonymous said...

li terfa l-piz biss fl-eta ta' 16 mhuwiex gust. Jekk kapaci terfa l-pizijiet tqal u l konsegwenzi, hekk ukoll ghandu jkollok id-dritt li tippartecipa b'mod shih fuq livell politiku.

Anonymous said...

L-attendenza taz-zghazagh f'meetings politici, u l-attivita taghhom ghal xi kandidat/a partikolari fid-distrett mhix misyeru hawn Malta, filfatt l-espressjoni 'kannol bla krema' zgur li kulhadd sema biha!

Ghaldaqstant hija proposta ferm tajba tal-partit laburista li dawn iz-zghazagh ghandhom isemmaw lehinhom f'decizjonijiet politici.

Ma ninsewx li zghazagh ta' 16-il sena li jkunu diga dahlu fid-dinja tax-xoghol huma haddiema daqs dawk li lahqu eta maggorenni. Ghandhom id-dritt jissalvagwardjaw l-interessi taghhom bhala cittadini u haddiema Maltin!

Anonymous said...

Kif jispjega tajjeb Joseph, zaghzagh ta' sittax forsi l-aktar decizjonijiet importanti f'hajjithom meta jigu biex jaghzlu jekk hux se jkomplu l-iskola u jekk se jkomplu x'karriera se jaghzlu.

Jekk dawn iz-zaghzagh, jinattaw l-vot jkunu jistghu jinflewnezaw aktar il-futur taghhom u dawn id-decizjonijiet li jkunu hadu.

Anonymous said...

Kif spjega tajjeb Joseph, zaghzagh ta' sittax il-sena jiehdu forsi l-aktar decizjonijiet importanti ta hajjithom fejn jiddeciedu jekk hux se jkomplu l-iskola u x'karriera se jistudjaw ghalija.

Jekk dawn iz-zaghzagh jinghataw vot allura jkunu jistghu jinfluwenzaw aktar dik id-decizjoni importanti li jkunu hadu u fuq kollox il-futur taghhom.

Anonymous said...

sirna nitfghu hafna responsabbiltà fuq zghazagh ta' din l-eta'. -awtoritajiet u l-genituri ma jiddejqux ikunu demanding specjalment fil-qasam edukattiv, allura Joseph Muscat ghandu ragun. Kif spjega tajjeb l-FZL noholqu bilanc bejn responsabbiltajiet u drittijiet

Anonymous said...

well done labour

Charmaine said...

Ta' l-ghageb il-paniku li hakem il-PN meta Joseph muscat hareg b'din il-proposta. Jghid x'jghid kulhadd Joseph Muscat huwa l-ewwel mexxej li ha fuq spallejh din il-proposta biex jimbotta. Ta' dan ahna z-zghazagh nghidulu grazzi u ghandna ntuh l-appogg