Friday, August 1, 2008

Studenti




Halli l-kummenti tieghek fuq dan il-blog. Ahna naghtu kas.

15 comments:

Anonymous said...

wasal iz-zmien li l-istudenti jqumu fuq taghhom u tassew jitolbu dak li huwa bi dritt taghhom. f kull pajjiz l istudenti huma l aktar sezzjoni progressiva tal popolazzjoni. f malta s issa kull ma rajna apatija u nuqqas ta appogg bejn blokk ta studenti u iehor.

Anonymous said...

Il-brimba mahmuga f'dan il-pajjiz irnexxiela tinfiltra fost l-istudenti, l-aktar biex tuzahom bhala ghodda politika. L-istudent mhux ballun..........ghaldaqstant irridu l-ewwel ingibu konxji lill-istudenti biex ma jkunux lixka ghal dawk li jridu jilghabu bid-drittijiet taghhom. Fuq kollox, l-istudent irid jaghraf min hadem bis-serjeta` favur id-drittijiet tieghu matul is-snin u min fil-passat offrielu access biex jizviluppa l-abiltajiet akkademici tieghu.

Anonymous said...

Hemm differenza KBIRA bejn il mistqosijiet kif impoggijin hemm, u l-mistoqsija: 'kif jista jtejjeb ir-relazzjoni tieghu l-mlp mal-istudenti.' Which should be answered?

Anonymous said...

@ latest by anonymous: nahseb both. Billi l-MLP jew f'dan il-kaz l-FZL jaghti iktar kas il-kawza ta' l-istudent ikun qieghed diga jtejjeb ir-relazzjonijiet tieghu.

ovvjament ikun baqa iktar xi jsir. int x'tahseb li jista jsir

Anonymous said...

Nahseb li ghandu jsir hu li jkun hemm rapprezentazzjoni minn ghaqda b sahhita l universita, u li ma tibqax ghaqda 'bejn il-hbieb' kif kienet il-pulse, izda li verament issir taf min huma l-laburisti. Hemm eluf ta laburisti l universita, u kwazi kollha, nista nghid mil esperjenza, ma jurux x inhuma.

Kif forsi tafu, dawn il-laburisti fl universita jitkellmu bejniethom fuq affarijiet tal-partit, izda rari jsemmhu lehinhom fil-berah, minhabba l-fatt li m hemmx 'ghaqda' (as in 'maqghudin') bejn il-laburisti nfushom, u kulhadd jibza jsemma lehnu, peress li jkun student wiehed jghajjat fost l eluf ta nazzi li jsemmhu lehinhom.

La jigri hekk, u l-laburist jibqa ma jimpenjax ruhu, x aktarx jilhaq professjonist (u forsi anke professjonist tajjeb, ghaliex le), u fejn il-professjonisti tajbin 'nazzjonalisti' ikunu qed jaghtu hinhom ghal partit, il-professjonisti tajbin 'laburisti' (ha nsejhulhom hekk), jew jigu (skuzawni l espressjoni) jitnejku mil-politika, jew inkella ikun hemm xi ministru li jkun flirtja mieghu, ra li allura jekk isir nazzjonalist forsi jaqbel ghal butu u hekk, u nitilfu talent 'taghna'.

Skond jien dak hu l ewwel pass kbir li rridu naghmlu xejn u qabel kollox: li naghmlu ghaqda b sahhitha f positjiet tal-universita, u li tohloq opportunitajiet fejn peress li jkun hemm l ghaqda, l-istudent ma jiddejjaqx jersaq lejn il partit.

Anonymous said...

nemmen li l-istudent jara l-karta meta ssir ir-revision of paper ghandu jkun dritt sagrosant u mhux nibqghu nkaxkru saqajnha dwaru

Anonymous said...

D Said,

Grazzi talli esprimejt il-hsieb tieghak. Nemmen li fil-qasam tal-process ta' kif issehh ir-revizjoni tal-karta ta' l-ezami hemm lok ta' tfassil mill-gdid.

Nixtiequ nisimghu aktar spunti bhal dawn! Ahna ha naghtu widen!

Unknown said...

1.) Hemm bzonn ferm inqas burokrazija mill-MATSEC, u titjib ta' l-istrutturi taghhom sabiex l-istudenti ikunu aktar aggornati u mgharfa dwar dak li qed isir bl-ezamijiet.

2.) Naqbel li l-istudent ghandu jkollu d-dritt jara l-karta tieghu waqt revision of paper.

3.) Nemmen li compulsory jew obligatory attendance f'certu lectures fl-Universita` ta' Malta ghandu jigi rivedut.

4.) Hemm bzonn li tizdied kultura progressiva fost iz-zghazagh. Milux qrajt xi figuri xokkanti li juru li z-zghazagh universitarji ghadom konservatvi zzejjed u li sahansitra jibzaw mil-kelma 'condom'. Iz-zghazagh huma l-futur ta' dan il-pajjiz u nahseb li taqblu mieghi li hemm bzonn bidla fil-mentalita taghha jekk verament nixtiequ nkunu pajjiz Ewropew.

5.) Il-kulleggi u l-universita` m'ghandomx ikunu xi kazin politiku, pero` aktar diskusjonijiet intelettwali fuq il-politika anki jekk informali nahseb li jaghmlu gid.

Anonymous said...

Hemm bzonn jigu identifikati certu lecturers 'partigjani' u jigu mwissija dwar dak li jghidu / tittiehed azzjoni.....ovjament sa hames snin ohra din mhux se ssir pero ghal ragunijiet ovji.

Anonymous said...

Hi andrew,
Grazzi. Nasheb li wasal z-zmien li r-red tape ghandu jitrazzan u jitnaqqas, aktar u aktar permezz ta' l-uzu tat-tekonoligija.
Ghaliex ghadna rridu mmoru fizikament biex nissottomettu applikazzjoni ghall-kors? Ma wasalx z-zmien li nkunu nistghu napplikaw ghall-dhul fl-JC, Mcast u Unviersita' permezz ta' formula online?
Dan japplika aktar u aktar ghal korsijiet part-time u fil-qasam ta' l-adult education. Huma limitati wisq il-korsijiet ta' diplomas u laurei undergraduate fuq bazi ta' klassijiet part-time filghaxijiet? Dan biex ma nsemmux l-edukazzjoni informali.
Grazzi ta' l-idejat.
Ahna naghtu kas!

Anonymous said...

difficli li ssir online peress li generalment joqghodu jaraw u jicchekjaw il kwalifiki ta dak li jkun mac certifikati originali + tkun trid taghti ircevuta bankarja li tkun hallast l application fee.

Bhala registrazjoni tas-suggetti li tkun se taghzel, fl universita, din diga ssir online mbad.

Mario said...

@lastest anoymous

Habib,

Ma narax ghalfejn sistema li int qed issejjah difficli ma ghandiex issir.

Cert li l-universita ghandha database ta' cerifikati eletronika u wisq probabli l-formoli li jigu sottomessi jigu mdahhla f'database manwalment minn skrivana tal-universita. Il-fatt li diga hemm sistema elektronika ghal ghazla tas-suggetti hija xiehda li din ma ghandiex tkun problema. Dan ghal dak li ghandu x'jaqsam ma l-ewwel parti tal-"problema" tieghek. Rigward it-tieni parti, illum il-banek saru joffru diversi sevizzi eletronici u nahseb xi haga ta dan it-tip tezzisti diga. Illum il-gurnata saru kommuni ukoll sistemi ta pagamenti online fejn servizzi jithallsu min fuq l-internet.

Ghalhekk nahseb li sistema bhal din ghal kuntrarju ta dak li qed tghid inti diga hawn hafna bhalha (anke joffrihom il-gvern stess) u ghalhekk ma narax ghalfejn ghandha tkun difficli biex issir.

Anonymous said...

Nahseb li wasal zmien li jkun hemm moviment wiehed u serju li jirraprezenta l-istudent u l-interess tieghu.

Ma nistawx nibqaw nittoleraw li tifforma 'KSU' minhabba li jkun hemm uncontested election.

Ma nistawx nibqaw nittoleraw li jkun hemm zghazagh u studenti laburisti li JIBZAW jghidu publikament l-affiljazzoni taghhom mal-partit Laburista minhabba biza ta' diskriminazzjoni. Nemmen li jekk jkun hemm moviment serju u b'sahhtu, bi zmien nistghu nsolvu din il-problema billi studenti bi twemmin socjalista jkunu jistghu jidentifikaw ruhhom ma dan il-moviment.

Meta nuza l-kelma 'serju' qed nifhem, li z-zmien li niddecidu li ser nikkontestaw l-elezzjoni tal-KSU ftit jiem qabel il-gurnata tal-elezzjoni ghandu jispicca minnufih!

Ma ninsewx li bosta veterani u politici Maltin jistqarru li l-ewwel tahrig taghhom fil-qasam politiku gabuh fi zmien il-unversita u l-KSU. Dan jfisser, li filwaqt li l-partit nazzjonalista qed jharreg iz-zghazagh fil-politika - Minjaf, forsi il-membri parliamentari futuri...sfortunatament l-Partit Laburista mhux jaghmel dan l-ezercizzju.

Meta jifforma dan l-moviment biss, nistghu umbaghad niggieldu halli bosta proposti (fosthom dawn imnizzla f'din il-blog) jistghu jsiru realta' ghal gid komuni tal-istudenti kollha.

Hbieb, Stagun Politiku Gdid qed jghidilna l-leader taghna, ejjew ngeduh ghaz-zghazagh u l-istudenti taghna ghal generazzjoni rebbieha Laburista!

Anonymous said...

kont qed naqra l kummenti li thallew...u wisq naqbel ma 'anonymous'. Hemm bzonn li l Pulse gewwa l universita, ma tibqax klikkek bejn l hbieb..kull student/a gdida gewwa l universita ghandu jhossu welcome, li jinghaqad m adin l ghaqda. L-istudenti kollha laburisti, l maggoranza ma jurux li huma laburisti ghax wisq jibzghu minn dawk tal poter, li maggoranza huma kollha nazzjonalisti, allura jibzghu li jigu diskriminati.

Hemm bzonn li ahna l istudenti nqumu wahda fuq saqajna u ilkoll FLIMKIEN, B'VUCI WAHDA nithaddtu u niggieldu ghad drittijiet taghna.

ma rridux nibqaw nibzghu u niddejqu li ahna laburisti.. HEMM BZONN LI L PULSE JAHDEM IKTAR...

L-MLP GHANDU BZONN JUZA TATTIKA DIFFERENTI MA L-ISTUDENTI, GHAX WARA KOLLOX, IN NAZZJONALISTI QED JUZAW LILL ISTUDENTI BHALA GHODDA TAGHHOM...

Anonymous said...

Denis Catania,
I'm sorry I can't write Maltese, Although I speak it, They took me away fom Malta 37yrs ago at the age of ten.I will be demonstrating in front of the Maltese Ambbasador to the United Nation,at 249 E 35th St New York NY, on Sept 23rd and 24th, when the Maltese delegation come to the General Assembly. We are demonstrating the large numbers of illegal immigrants.Can you visit my petition, that will be given to PM Gonzi and the Ambassador.The link is:
http://www.gopetition.com/online/21497.html