Sunday, September 7, 2008
Progressivi
Il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) jemmen li r-riforma fil-ligi tal-kera hija wahda li tiddiskrimna kontra l-koppji gay, filwaqt li l-istess moviment laqa l-pozizzjoni li ha l-Partit Laburista fir-reazzjoni tieghu ghall-istess riforma.
Il-white paper li nieda l-gvern tillimita d-dritt ta’ l-estensjoni ta’ kirjiet ezisteni ghall-koppji mizzewgin biss u li m’humiex separati. Fir-reazzjoni tieghu l-Partit Laburista rrimarka kif din teskludi forom godda ta’ familja u heggeg biex il-gvern ihares lejn dawn ir-realtajiet u jindirizahom.
Gabi Calleja, ko-ordinatrici ta’ l-MGRM sahqet mall-gurnal ta' nhar ta' Hadd, KullHadd, li din il-white paper qieghda tiddiskrimina ma’ koppji ta’ l-istess sess.
“Ovvjament din hija wahda li tiddiskrimina kontra koppji tal-istess sess, anke jekk dawn ikunu ilhom fir-relazzjoni u li tinjora realtà umana li tmiss lill-minoranzi sesswali. Dan bil-konsegwenza li jekk ikun hemm mewt ta’ xi hadd mill-koppja, fiz-zmien ta’ diffikulta u tbatija, il-persuna trid ukoll thabbat wiccha mal-fatt li tista tispicca ‘homeless’ jew li jkollha tfittex abitazzjoni alternattiva,” spjegat Calleja.
Il-pozizzjoni li ha l-gvern f’din il-white paper hija konsisteni ma’ ghadd ta’ pozizzjonijiet ohra li l-gvern ta’ Lawrence Gonzi ha fl-ahhar snin u li jiddiskriminaw kontra forom differenti ta’ familja.
“L-MGRM ilha tithabat biex ikun hemm rikonoxximent legali ta’ koppji ta l-istess sess ghal dawn l-ahhar snin. Ligi bhal din hija intenzjonata li toffri protezzjoni precizament f’dawn is-sitwazzjonijiet. Il-fatt li l-white paper tal-gvern ma tinkludix koppji gay u lezbjani hija koerenti mal-pozizzjoni tal-gvern attwali li jirrikonoxxi biss koppji eterosesswali mizzewgin u jeskludi forom ohra ta’ familja,” tenniet b’dizappunt Calleja.
Min-naha tieghu f’reazzjoni ghal white paper il-Partit Laburista qal hekk: “Din tpoggi fil-genb realtajiet socjali godda bhal ko-abitazzjoni, koppji ta’ l-istess sess u membri ta’ l-istess familji (ahwa) li jghixu flimkien.”
“Il-gvern huwa obbligat li jhares lejn dawn ir-realtajiet u jindirizahom. Bl-istess mod il-gvern irid ikun avant-garde u sensittiv ghall-izviluppi u d-drittijiet civili li jistghu ikunu ntrodotti fiz-zmien li gej,” zied jappella l-Partit Laburista.
B’reazzjoni ghal dan l-MGRM sostniet li dan huwa pass ‘il quddiem.
“L-MGRM jilqa il-pozizzjoni tal-PL li qieghed jirrakkomanda li jkun possibli li koppji gay u lezbjani jinghataw id-dritt li jirtu proprjetà mikrija. Ghandhom ukoll jigu kkunsidrati daqs li kieku mizzewwga anke fejn jidhol wirt ta’ proprjetà li mhix mikrija imma f’isem xi hadd mil-koppja,” temmet tghid ma’ KullHadd Calleja.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
4 comments:
Mela nimmagina li issa l-PN m'ghnandniex ghalfejn nibqghu insejhulu bhala l-partit "gay friendly"!!!
Fl-ahhar hawn min qed jinduna li d-drittijiet tal-minoranzi mhumhiex il-priorita' ghall-Gvern ta' Lawrence Gonzi!
thumbs up to labour !!
labour has always been the progressive party on minority issues. muscat's election as leader has strengthened this trend.
Prosit MLP.
Nistenna l-appogg u l-kummenti tal-komunita gay izda.
Post a Comment