Friday, September 19, 2008

Imexxi bl-ezempju

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat habbar li bhala parti mit-tibdil fl-istatut tal-Partit Laburista, se jkun qed jipproponi li l-eta biex tfajla jew guvni jsiru membru tal-Partit Laburista tinzel minn 18 ghal 16 – il sena. Dr Muscat ghamel dil-proposta meta kien qieghed jaghlaq seminar bit-tema Ewropej u Progressivi, Fiducja fiz-Zghazagh : Vot ta’ 16 ghall-Kunsilli Lokali.

“Dhalt fil-politika biex inbiddel. Determinat li nbiddel l-affarijiet. Deteminat li nbiddel lill-Partit Laburista u determinat li din il-bidla twassal ghal bidla fil-pajjiz. Irrid liz-zghazagh ikunu mieghi f’dan il-progett kbir u rridhom jghinuni nbiddel”, sahaq Joseph Muscat li zied li l-Partit Laburista irid jaghti l-ezempju li mhux bil-kliem, izda bil-fatti, jemmen fil-qawwa progressiva zaghzugha.

Il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista jippriedka li haddiehor ghandu jbiddel, izda fl-istess hin jibqa` fejn huwa, ma jiswa xejn.

“Jekk nemmnu li z-zghazagh jistghu jaghtu energija lill-pajjiz, ghandna nahtfu l-opportunita’ biex iz-zghazagh jaghtu l-energija lill-Partit Laburista biex jiggedded, jinbidel u johlom”.

Dr Muscat sahaq li wasal iz-zmien li l-Partit Laburista mhux biss jittollera liz-zghazagh, izda jinhakem mill-entuzjazmu zaghzugh.

3 comments:

Anonymous said...

ma nixtieq inkun ezagerat allura ha nghid biss li joseph kien car,semplici, u dirett.
il proposta li se jressaq ghanda tkun milqugha.
iz zaghzah tal pn qalu li ilom li fethu l eta ghal 16 tajjeb ahna hekk irriduhom ghax it tajjeb,tajjeb jibqa.li jinkwetani hu l paroli fil vojt li qalet galizia and co. li zghazah ta 16 mhux tajbin biex jiddeciedu l min jghatu l vot. hem bzonn niehdu responsabilta ta dak li nghidu. nahseb li persuna ta 16 hija matura aktar minn uhud.

Anonymous said...

jesmond ghandu ragun. Zghazagh ta' 16 huma maturi iktar minn uhud

Mario said...

Dawn il-propesti u oħrajn qed jintlaqgħu ferm tajjeb mill-poplu Malti u Għawdxi. Xiehda ta' kienet il-laqgħa ta'Joseph fiż-Żurrieq.