Ghadd ta’ studenti wrew it-thassib taghhom u pprotestaw permezz ta’ emails u permezz tas-sit elettroniku Facebook, wara li aktar kmieni din il-gimgha rcevew minghand il-fakultà taghhom li minn issa ‘l quddiem, fl-ezamijiet mhux ser jibqghu jintuzaw iktar index numbers, izda minflok l-istudenti jridu jiktbu l-isem, il-kunjom u n-numru ta’ l-identità fuq il-karta ta’ l-ezami taghhom.
Numru ta’ studenti, fosthom mill-fakultà tal-ligi, kkuntattjaw lill-Ufficcju tar-Registrar biex jinghataw assigurazzjoni li l-anonimità taghhom tkun rispettata u li l-ezaminaturi ma jkollhomx access biex ikunu jafu ta’ min hi l-karta li qeghdin jikkoregu.
Is-sistema li kienet tithaddem sas-sena l-ohra kienet dik li l-istudenti jiktbu index number minflok isimhom fuq in-naha ta’ fuq tal-karta ta’ l-ezami, liema parti tkun maqtugha qabel tinghadda lill-ezaminatur.
L-index number kien ikun maghruf biss mill-istudent, filwaqt li l-ezaminatur ikun jista’ jara biss numru iehor li jkun inghata mis-segretarji tal-fakultà.
Bil-procedura l-gdida, l-istudenti issa se jkunu mitluba jiktbu l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta ta’ l-identità minflok l-index number fuq il-parti ta’ fuq, li tkun maqtugha.
Dawn l-ilmenti kollha min-naha ta’ l-istudenti wasslu biex l-ufficcju tar-Registrar johrog stqarrija biex iserrah mohh l-istudenti li din il-procedura se tassigura l-anonimità taghhom waqt l-ezamijiet, li bdew il-bierah, filwaqt li ghandha twassal biex jithaffef ix-xoghol tas-segretarji u jonqsu problemi ohra li kienu jinqalghu meta l-istudent kien jiehu zball fl-index number tieghu.
KullHadd talab il-kummenti tal-Kordinatrici tal-Edukazzjoni fi hdan il-KSU, Daniela Bartolo, li filwaqt li stqarret li din il-procedura l-gdida mhix ser taffettwa l-protezzjoni ta’ l-identità tal-istudenti, minhabba li l-karti ta’ l-ezami xorta wahda se jkunu nnumerati mis-segretarji tal-fakultà, ikkonfermat li ghad hawn credits fejn l-e?aminaturi jkunu jafu l-isem ta’ l-istudenti.
“Personalment iktar ihassibni l-fatt li ghad hemm credits fejn ma jigux assenjati office numbers, jigifieri li l-ezaminaturi jkunu jafu l-isem tal-istudenti. Din ghadha ssir f'xi fakultajiet u digà bhala KSU, ghamilniha cara li dan ma jistax jibqa’ jsir ghal numru ta' ragunijiet.”
Tuesday, January 20, 2009
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
2 comments:
bhala ex student, ilhaqt procedura fejn konna niktbu l index number, u isem, kunjom u ID card (ma nafx ala!)
Dawn il hafna proceduri u bidliet juru nuqqas ta trasparenza, u ghalkemm jista ma jkun hemm xejn hazin, inisslu certu thassib fost l-istudenti.
Ghandu jsir infurzar anke fuq il-kulur li student jikteb bih.
mhux kull fakulta ghandha s-sistema ta' index number. ghad hemm fakultajiet specjalment ta' l arti fejn f kull ezami gejna mitluba niktbu d-dettalji kollha taghna. ma nahsibx li hija xi haga 'fair' minhabba ragunijiet li kull min jattendi l universita ta malta zgur li jaf. is-sistema ta' index number ghandha terga tigi uzata mill gdid F'KULL fakulta.
Post a Comment