“Qeghdin nilqghu l-isfida ta’ Joseph Muscat u l-holma tieghu li naghmlu lil Malta l-aqwa fl-Unjoni Ewropea hija wkoll il-holma taghna.”
Din id-dikjarazzjoni saret f’intervista mal-gurnal KullHadd minn Daniel Micallef, li ftit tal-jiem ilu inhatar President tal-Forum Zghazagh Laburisti (FZL).
Micallef tkellem ma’ KullHadd dwar il-hidma tal-FZL tul l-ahhar sena u nofs, izda iktar importanti minnhekk elenka l-prijoritajiet ta’ l-ghaqda ghas-snin li gejjin.
SILTIET MILL-INTERVISTA
“Il-programm taghna se jiffoka mhux biss dwar kif se nwasslu l-messagg tal-Partit Laburista liz-zghazagh Maltin u Ghawdxin, izda wkoll dwar kif iz-zghazagh se jabbinaw iktar ruhhom mal-proposti u l-ideat tal-Partit Laburista.
“Il-messagg tal-Mexxej Joseph Muscat kien car. Messagg li kien dak li ghandna nkunu ahna z-zghazagh li nixprunaw lill-partit, specjalment fuq certu kwistjonijiet ta’natura kontroversjali. Ahna nemmnu li rridu nkunu zewg passi qabel kulhadd fuq certu kwistjonijiet li jkolli cans nispjega iktar dwarhom ‘il quddiem. Li hu zgur huwa li qeghdin nilqghu l-isfida ta’ Joseph Muscat u li l-holma tieghu biex naghmlu lil pajjizna l-aqwa fl-Unjoni Ewropea hija l-holma taghna,” jghid il-president il-gdid ta’ l-FZL.
“Bla dubju bhala zaghzugh student ikollok pressjonijiet kbar, mhux biss ta’ studju, izda anke pressjonijiet finanzjarji li minghajr ma taghmel part-time jew ikollok l-ghajnuna tal-genituri ma tkampax maghhom, specjalment b’karozza u l-prezzijiet tal-fuel li ghandek illum.
“Fuq livell edukattiv, bhala studenti ghandna bzonn iktar rizorsi u modi inovvattivi ta’ kif ssir ir-ricerka. Ghalkemm ma rridx niggeneralizza, hemm bzonn hafna iktar dedikazzjoni min-naha tat-tutors u l-ghalliema. Bl-ebda mod ma rrid nghid li m’hemmx ghalliema ddedikati, imma fil-kaz tieghi li studjajt ghal perjodu f’università barranija, stajt nara l-qabza ta’ kif isir it-taghlim. L-edukazzjoni hija ffinanzjata mit-taxxi tal-poplu u rridu nuzaw ir-rizorsi ahjar u b’mod effettiv. Fuq kollox l-edukazzjoni hija investiment fil-futur ta’ pajjizna,” jinsisti Daniel.
“Qeghdin nghixu f’sitwazzjoni fejn id-drittijiet tal-haddiem jitnaqqru b’mod pulit. Ghalija hija nkwetanti li jkollok post tax-xoghol li ladarba tiffirma l-ftehim biex tidhol tahdem hemm, dan jobbligak li ma tkunx tista’ tidhol f’union. Jew inkella haddiema part-time registrati bhala self employed biex l-employer ibazwar l-affarijiet kif ikun irid hu.
“Li tinkwetani ftit iktar hija l-biza’ li hemm fost il-haddiema biex jiggieldu dawn l-affarijiet, anke minhabba li hemm hafna haddiema b’obbligi finanzjarji kbar mal-banek u ghandhom familja xi jrabbu.
“Il-valur tal-gustizzja socjali u ta’ drittijiet lil kulhadd huma l-affarijiet li jaghmlu lill-Partit Laburista d-dar naturali tieghi,” jemmen Daniel, filwaqt li jsostni li se jkunu dawn il-valuri li jiggwidawh fit-tmexxija ta’ wahda mill-iktar ferghat importanti tal-Partit Laburista.
Intervista shiha fuq www.kullhadd.com
Sunday, July 27, 2008
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
6 comments:
tajjeb hafna daniel.
Xhieda ohra ta' kif iridu jkunu z-zghazagh fil-Partit Laburista li joffru nifs gdid. L-appell lid-delegati huwa biex issa mill-paroli jmorru ghall-fatti u fl-elezzjonijiet ta' l-amministrazzjoni jivvotaw liz-zghazagh u ma jmorrux fuq nies li l-partit jistghu johduh biss xi 20 sena lura
well done dan.
Il-partit ghandu zghazagha li jafu xi jridu. nsahhu s-sehem taghhom fl-amministrazzjoni issa l-importanti.
Aaron u Alex huma fost dawk li ghandhom ikunu eletti.
Filwaqt li ghandu jerga' jkun hemm persuni li jifhmu sew kif jahdmu z-zghazagh u li l-lingwagg u l-attitudni taghhom jappellaw ghal generazzjoni l-gdida.
Min jista' jiehu l-partit 40 sena lura m'ghandux ikollu rwol mill-iktar centrali fil-partit ghalkemm ukoll hemm mumenti fejn ghandu x'joffri
hemm bzonn li l-fzl jibqa ghaddej fir-ritmu tajjeb li qabad fl-ahhar sena u jibqa jikber.
iz-zghazagh ghandhom ikunu l-bazi ta' l-partit laburista ghax in-nies jinteressahom x'se jigri ghada u mhux x'gara il-bierah
meta l partit laburista holom fil passat irnexxa u rnexxa bil kbir .rega wasal il waqt li noholmu u nwettquh ukoll.
qeghdin fiz zmien ta incertezzi u mhux imbilli jghidulna il ghaddejjin tajjeb minn ikun gol borma ikun jaf x fija .
Jien nahseb li z-zmien u kif graw l-affarijiet fil-partit jehtieg lil Mexxej jitlob vot ta fiducja li jkun sepecci ta 'go ahead' f'idejh biex jaghmel dak it-tibdil li hemm bzonn fl-istatut tal-partit u jkun jista jaghmel dawk il-persuni li ghandhu fiducja fihom fil-karigi li jrid biex jara l-partit jimxi l-quddiem u iktar modern. Jien nixtieq inheggeg lid-delegati shabi jaghtu l-fiducja shiha lil Mexxej biex jaghmel dak it-terremot li hemm bzonn fil-partit ghax s'issa jidher li bqajna fejn konna.
iva rridu naghtu l-appogg lill-mexxej iwettaq il-bidliet li hemm bzonn.
Imma jkun zball li nitilqu bil-premessa li dak kollu li sar fl-ahhar hames snin kien hazin.
Ejja naraw x'sar tajjeb, u sar hafna ha nzommuh.
ejja naraw li fejn hemm bzonn nbiddlu nbiddluh
ma ninsewx li ghandna gvern ta' 1,500 vot BISS maggoranza.
Dan iffisser li dak it-tajjeb li wasalna s'hawn irridu nzommuh imbaghad nwettqu terremot biex ingibu dawk l-1,500 u iktar
Post a Comment