Sunday, July 20, 2008
Il-konsistenza ta' Joseph Muscat vs il-U Turn ta' Lawrence Gonzi
Qieghda tohrog iktar fic-car l-ipokrezija tal-gvern ta' Lawrence Gonzi. Filwaqt li llum irid jaghti l-impressjoni li huwa xi pampalun favur il-liberalizazzjoni ta' trasport pubbliku sa ftit xhur ilu agixxa differenti.
Illum il-Hadd 20 ta' Lulju Joseph Muscat zvela kif fl-20 ta’ Dicembru 2006 huwa kien kiteb lill-Kummissjoni Ewropea fejn kien gibdilha l-attenzjoni li l-Kummissjoni ghall-Kummerc Gust f’pajjizna kienet hadet decizjoni li kellhom johorgu iktar permessi ghal karozzi li jgorru l-kadavri. Fit-twegiba taghha l-Kummissjoni Ewropea kienet qalet li din kienet kwistjoni li decizjoni dwarha riedet tittiehed mill-gvern Nazzjonalista. Dak iz-zmien izda l-gvern Nazzjonalista kien qed jahdem kontra l-liberalizazzjoni f’dan is-settur.
Il-gvern Nazzjonalista tant kien qed jahdem kontra l-liberalizazzjoni, li matul dil-gimgha l-ex Ministru Jesmond Mugliett ikkonferma li qabel l-ahhar Elezzjoni generali huwa kien wasal ghal ftehim bil-miktub li kien jghid li f’dal-qasam, bi gvern iehor Nazzjonalista, ma kienx se jkun hemm liberalizazzjoni. Mugliett qal ukoll li huwa m’ghamilx dal-ftehim fuq inizjattiva personali tieghu. Mugliett kellu l-barka u l-appogg ta' Gonzi.
Kien il-Partit Laburista li qabel kulhadd tkellem car dwar dan is-settur bil-protagonist ikun Joseph Muscat, li sa dak in-nhar kien ghadu mhux mexxej tal-Partit.
Illum Joseph Muscat rega' tenna din il-pozizzjoni izda ghamel dikjarazzjoni importanti ohra, meta wissa li l-liberalizazzjoni trid tfisser servizz ahjar u irhas lill-konsumatur u li m'ghandu jitnehha l-ebda monopolju biex jinholoq iehor.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
6 comments:
bla dubbju, li l PN juza l-politika ghall-konvenjenza elettorali. jasal biex jibghat ittra lejliet elezzjoni, u jwettaq bil-maqlub totalment la darba jigi elett fil-gvern. ma gratx fil-kas tat-trasport biss, izda f diversi setturi.
Iridu nkunu cari. Imbilli il-kawza ghall-liberizazzjoni hija gusta, zgur li mhuwiex gust li tinganna l-haddiema, u jekk il-gvern qed jistenna xi prosit qed jarralu.
Nghid prosit lill-Mexxej Laburista Joseph Muscat talli minn snin ilu kien diga beda jahdem favur din l-issue minghajr hafna pompa u provokazzjoni, fl-interess nazzjonali. zgur li l-ghagir politiku tieghu sa minn meta lahaq Mexxej jikkonferma l-islogan tieghu: Stagun Politiku Gdid; mod gdid ta kif isiru l-affarijiet, politika li tmur oltre il-konvenjenza izda hija intenzjonata sabiex itejjeb il-livell tal-ghejxien tal-poplu Malti.
Miljun U-turn ghamiltu tal-labour ma nafx ghala titkazaw
stagun politiku gdid
@ joseph d said
ma nistax nifhem l-iskop tal-post tieghek. ikun aktar interessanti kieku tikteb x tahseb dwar l-azzjonijiet, x tahseb dwar il-weghdiet li ghamel il gvern u li ma zamx, u kif laqtu lilek u lill-pajjiz l-azzjonijiet. u-turns u mhux u-turns, nahseb l-istand li ha l-MLP fuq l-issue kien impekabbli.
Ghal darb ohra, l-apologisti tal-Partit Nazzjonalista jattakkaw il-persuna jew f dan il kaz il Partit Laburista u mhux l-argument.
L-istagun politiku gdid ta` Joseph Muscat ghandu jiftah mod gdid kif nargumentaw u nitkellmu iktar fuq is-sustanza milli fuq il-paroli fil vojt.
Il-konsistenza ta` Joseph Muscat bl-ahbar li zvela dokument fejn wera bic-car li hu bhala Membru fil-Parlament Ewropew sahaq u hadem qatiegh fuq il-kwistjoni tal-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport hija xiedha ohra ghalina l-progressivi u l-moderati li l-Partit Laburista huwa d-dar naturali taghna.
LIBERALI
il-fatti huma fatti u l-istorja ricenti taghkom fl-oppozizzjoni se thallikom. Bla dubju.
Post a Comment