Thursday, July 31, 2008

La mara … tizzewweg ragel

Il-Forum Zghazagh Laburisti jixtieq jesprimi l-appogg tieghu lil Joanne Cassar, il-persuna li minkejja li llum hija rikonoxxuta bhala mara, s’issa ma thallietx tizzewweg ragel.

Wara li fil-jiem li ghaddew Cassar hadet il-kaz taghha fil-Qorti Kostituzzjonali, il-Forum Zghazagh Laburisti jhoss li ghandu jesprimi l-appogg tieghu lejn din il-kawza gusta.

Nemmnu li persuna rikonoxxuta bhala mara, dan wara li ghamlet ‘gender reassignment’ u b’hekk assumiet is-sess femminili b’mod irriversibbli, ghandha kull jedd li tizzewweg civilment ragel.

Qeghdin niehdu din il-pozizzjoni mhux ghax nemmnu li neccesarjament irridu naghmlu bhal pajjizi ohrajn, izda ghax ahna konvinti li f’dan l-istadju huwa sempliciment dritt ta’ din il-mara li tizzewweg ragel. Xejn iktar u xejn inqas.
F’dan l-istadju rridu naghmluha cara li din hija biss il-pozizzjoni ufficjai tal-Forum Zghazagh Laburisti.

Nittamaw li l-kaz inkwistjoni jkun rizolt b’mod sodisfacenti f’pajjizna u ma jkunx hemm ghalfejn jitla’ quddiem il-Qorti Ewropea tal-Gustizzja biex Joanne tkun tista’ tizzewweg persuna tas-sess oppost taghha f’pajjizna.

3 comments:

Roderick Mizzi said...

Naqbel perfettament ma dan l-artiklu. Ma taghmilx sens li l-stat jirrikonoxxik bhala mara, biss ma jkollikx l-istess drittijiet bhal nisa ohra.

La darba l-stat jirrikonoxxi lill xi hadd bhala mara nemmen li IVA jrid jaghti jhalli lill din il-persuna tizewweg ragel bhal ma ghandhom dritt jaghmlu nisa ohra.

Anonymous said...

This is the best progressive way forward, not only for the Labour Youth Forum but for the Labour Party Lead by Joseph Muscat. I am sure that in the coming months and years, the Labour Party will be the natural party for all liberals in Malta. Labour is tacking such issues and the dividing lines between the two major parties in Malta are clearly visible. The past vs the future, a choice between a progressive movement and the status quo. Thumbs up to the Labour Party.

Anonymous said...

prosit.

we are part of europe and we must act as such