Sunday, August 17, 2008
Artiklu ta’ l-avukat Simon Micallef Stafrace li deher fil-gurnal KullHadd ta’ nhar il-Hadd 17 ta’ Awwissu.
Mhux biss naqblu mal-kontenut fl-artiklu miktub minn Micallef Stafrace izda nemmnu wkoll li jista’ jkun bazi tajba ghad-diskussjoni f’dan il-blog.
Prosit Jason, Stefan, Louis, Alex, Joe u Joe, kif ukoll Claudette, Mario, Guza, Gino, Chris, Charlon, Alfred, Alex, Salvu u Nikita.
Intom issa fdati, flimkien mal-mexxejja taghna Joseph Muscat, Anglu Farrugia u Toni Abela, bit-tmexxija tal-partit taghna. Fostkom hemm min gie konfermat, u hemm min huwa gdid. Hemm varjazzjoni ta’ etajiet u certament varjazzjonijiet ukoll ta’ hiliet u esperjenzi.
Jibqa’ però, u fuq kollox, l-impenn kontinwu favur l-ghaqda - m’hawnx ahjar minnha.
Fil-kaz ta’ partit politiku mill-ghaqda tigi s-sahha. Intom il-katina li tghaqqadna lkoll u kull bicca minn dik il-katina hija important daqs l-ohra, fil-qies dejjem li hu taghha.
Jiena nifhem, u zgur li hawn bosta li jifmuha bhali, li hija biss mill-ghaqda li nistghu nimxu ‘l quddiem. Nifhem ukoll illi bid-differenzi li inevitabbilment certament jezistu, il-partit jista’ jimxi ‘l quddiem billi jaggorna ruhu. Naturalment hemm min tilef. Ma jimpurtax.
Il-hajja hi li hi. Id-demokrazija tfisser li lid-delegati hija fdata ghazla. M’hemmx lok li niehdu ghalina – kemm hawn min beda billi tilef izda mbaghad fl-ahhar gie premjat ta’ xogholu. L-importanti li nzommu quddiem ghajnejna li hadd ma huwa akbar mill-partit.
L-innu taghna jibda bi kliem li juru li huwa biss jekk nimxu flimkien u b’pass wiehed li nistghu naslu li ntejbu l-hajja tal-Maltin – li wara kollox huwa l-ghan finali taghna. Lejn din il-Ghaqda fis nittajru xjuh u zghazagh haddemin; Lehen sbejjah lilna jsejjah; Biex ninghaqdu f’dan il-hin!
Huwa ghalhekk li l-Partit Laburista mhux biss jacccetta postna fi hdan l-Unjoni Ewropea, izda ghandu l-ghan DIKJARAT li nkunu fost l-ahjar mill-membri ta’ l-Unjoni.
Dan mhux semplici hsieb fantastiku izda huwa hsieb li qed ifassal il-politika kollha taghna.
Intom ghalhekk gejtu eletti sabiex taghmlu d-differenza.
Taghmlu d-differenza fis-sens li l-partit taghna taggornawh (izda mhux ghal xejn b’xejn), tmexxuh ’il quddiem (izda biss fit-triq it-tajba) u timxu b’ghaqda wahda (izda qatt b’impozizzjoni).
Ghalhekk, lilkom kollha xewqat sbieh – jekk tirnexxu intom nirnexxu ahna lkoll!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
4 comments:
bla dubbju. il-partit laburista huwa partit li jhobb jikxef kull ma jkun ghaddej fi hdanu fil-pubbliku. dan jikkuntrasta bi kbir ma kif isiru l-affarijiet fil-PN.
Zgur izda li issa wara l-elezzjonijiet tal-5 ta' Awissu, hemm bzonn li l-Labour Party ixammar il kmiem, jinsa l-ucuh, u jahdem akkost ta kollox biex ma jhalli xejn li jxekkel rebha elettorali hames snin ohra. L-ebda wicc, l-ebda individwu... m hemmx biki u teatrini... hemm bzonn li kullhadd jinghaqad wara l-mexxej fit-tibdiliet li hemm bzonn isiru; tibdiliet li mhux necessarjament jolqtu b'mod sabih lil kullhadd, izda li hemm bzonnom jekk iridu li l-Labour Party ikun dak il-Partit li tassew jilhaq l-aspirazzjonijiet tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha f'kuntest li jinbidel kontinwament.
The Labour Party is a clear show of a truly working democracy in Malta. Thanks to Joseph, the doors of the Labour Party have been wide opened for anyone, whatever his/her social background, of any political opinion, to come and put forward their ideas for a better, progressive Malta. All of you out there who want to be part of the exciting changes Labour will be bringing to our Society, this is your chance. The doors are open for everyone.
Joseph
simon nesa jsemmi lill aaron :D
is segretarju edukattiv gdid taghna fl-amministrazzjoni
Artiklu tajjeb hafna ta' simon micallef stafrace, li jista' jkun wiehed mill-ahjar ta' l-MLP.
Sadanittant prosit lil stefan jason u aaron b'mod specjali
Post a Comment