Wednesday, August 13, 2008
Kurrent genwin ta' progressivi u moderati f'pajjizna
Il-Forum Zghazagh Laburisti jemmen li z-zghazagh Maltin u Ghawdxin ghandhom jingabru u jghaqqdu l-isforzi taghhom biex huma, iktar minn haddiehor, joholqu kurrent genwin ta' progressivi u moderati f'pajjizna.
FL-okkazjoni tal-Jum Dinji ghaz-Zghazagh, l-FZL issostni li f'pajjizna hawn htiega li l-konservattivizmu jigi fix-xejn u li jittiehdu dawk il-mizuri mehtiega biex pajjizna tassew isir Ewropew u liberali.
Huwa biss jekk iz-zghazagh, 'il hinn mill-isqaqien tal-politika partiggjana, jagixxu u jitkellmu biex ikattru opinjoni pubblika dwar dak li hemm bzonn jinbidel, li Malta verament tkun tista' taggorna ruhha maz-zminijiet u mal-valuri tal-Kontinent.
Iz-zghazagh iktar minn haddiehor huma, min-natura taghhom anti-konformisti u moderni fl-atteggjament taghhom u ghalhekk kull zaghzugh ghandu dmir isemma' lehnu favur Malta progressiva u moderata.
F' dan il-Jum ukoll, il-FZL ifakkar fl-eluf ta' zghazagh fid-dinja li ta' kuljum qed ibatu sofferenzi kbar minhabba gwerer u glied fost il-pajjizi. J'Alla l-Jum Dinji taz-Zghazagh jispira l-mexxejja tad-dinja biex jiehdu decizjonijiet li minflok ikissru l-hajja taz-zghazagh fid-dinja, jseddquha u jkabbruha.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
6 comments:
Naqbel perfettament ma dak kollu li qed jintqal f'din il-post. Ideat simili gew espressi ukoll f' gazzetti lokali (On war and dreams).
Nahseb il-Forum Zaghzagh Laburisti ghandhom rwol iktar importanti fejn bl-energija u l-immaginazzjoni taghhom jistghu jaghmlu minn Malta pajjiz aktar modern u progessiv fejn il-politika tiehu forma ta' diskussjoni intelligenti u mhux battalja partigjana
Vera li nridu li-pajjizna jkun pajjiz modern u progressiv, izda huwa importanti li ma nichdu qatt il-valuri socjalisti.
l-Edukazzjoni, is-Sahha, Servizzi Socjali, il-Familja, il-Gustizzja Ugwali, ix-Xoghol ghal kulhadd u d-drittijiet tal-haddiema u min ihaddem ghdnhom ikun il-pilastri tat-twemmin taghna.
Ma nistghu qatt inzommu halqna maghluq quddiem il-korruzjoni, il-qerq, il-gideb, il-weghdiet vojta, id-diskriminazzjoni, l-abbuzi tal -poter u l-vendikazzjonijiet ta' GonziPN.
Naqbel perfettament ma din l-istqarrija, iz-zaghzagh huma element importanti fil-partit laburista issa aktar u aktar min qatt qabel meta ghandna mexxej zaghzugh li jrid jaghmel mil-partit taghna moviment progressiv. Iz-zaghzgah ghandhom jkunu parti fundamentali mit terrimot politiku tal-mexxej laburista Dr Joe Muscat
Filwaqt li nharsu il-valuri socjalisti taghna, irridu nharsu wkoll lejn kif nistghu noffru vizjoni lill elettorat Malti li mhux bilfors ihaddan dawn il-valuri. L-ghan tal-Partit Laburista hu li jkun fil-Gvern. What works must be practiced.
we have to liberate our values from outdated dogma or doctrine, and we have to apply these values to the modern world.
@Wonderful. Gozo, Malta
Naqbel perfettament ma dak li qed tghid. Hafna drabi gvernijiet li kienu verament progressivi (mhux f'Malta biss) kienu dawk l-istess gvernijiet li introducew dawn id-dritijiet u kien ghalhekk li gew imsejha progressivi.
Ghal-kuntrarju hafna drabi jkunu gvernijiet konsetrvattivi li jippruvaw jigustifikaw korruzjoni, qerq, diskriminazzjoni, u abbuzi ta'poter, bhala l-uniku sistema possibli.
Ghaldaqstant nahseb li valuri progressivi u socjalisti jahdmu id f'id u biex dawn id-drittijiet li semmejt inti, jkunu jistghu jinzammu u jitjiebu.
Hemm bzonn li iz-zghazagh taghna jsibu appogg mill-ammistrazzjoni tal-partit sabiex kullhadd jaghti sehmu fil-partit.
Nemmen li hekk ser isir ghax ghandna mexxej zaghzugh mimli hegga ghal bidla.
Inheggeg lilkom ta' l-FZL sabiex taghmlu pressjoni halli tibdew itellghu programmi politici kemm fuq ir-radju u kif ukoll One tv.Intom tistghu tkunu element naturali halli nigbdu z-zaghzagh lejn il-partit.
Neville Gafa'
nevillegafa.blogspot.com
Post a Comment