Saturday, August 2, 2008

Impenn favur Ewropa Socjali



Il-Forum Zghazagh Laburisti se jkun qieghed isahhah l-impenn u l-hidma tieghu favur Ewropa Socjali.

Kien dan il-messagg ewlieni tal-FZL lill-membri tal-European Community of Socialist Youths (ECOSY) li ltaqghu ghal summer camp fi Franza. Tul l-ahhar sena l-FZL, anke bl-ghajnuna tal-Partit Laburista, zied bil-kbir il-partecipazzjoni tieghu fil-fora internazzjonali u f’messagg lill-attivisti mis-27 pajjiz membru ta’ l-Unjoni Ewropea, il-FZL wieghed impenn simili ghaz-zmien li gej.

Dan l-impenn ghandu jkun ibbazat fuq il-htiega ta’ Ewropa li ma thalli lil hadd jaqa’ lura.

“Naqsmu maghkom il-hsieb li l-Ewropa trid politika socjali ahjar u mhux inqas politika socjali. Ahna kommessi li nahdmu favur opportunitajiet indaqs ghal kulhadd fejn hadd ma jaqa’ lura,” l-FZL sostna mad-delegati fi Franza.

L-FZL jemmen li l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Gunju li gej ghandhom ikunu l-ewwel pass fil-hidma li trid issir ghal Ewropa socjali. Sadanittant, l-FZL esprima s-sodisfazzjon li ghas-summer camp fi Franza, li ghalih attendew mijiet ta’ attivisti mill-Ewropa, il-Partit Laburista Malti, frott il-kuntatti li saru fl-ahhar snin, kien fost il-mistiedna specjali.

Il-vici Sindku tal-Qrendi u rapprezentanta fuq il-Kumitat tar-Regjuni tal-Unjoni Ewropea, Claudette Baldacchino, indirizzat dan is-summer camp.

“Iz-zghazagh huma agenti tal-bidla u l-iktar persuni li jistghu ibiddlu l-isfidi fi progress ghal kulhadd. Flimkien noholmu li l-Ewropa tkun wahda ambjentali, wahda b’ekomomija soda imma gusta, u Ewropa li tassigura d-drittijiet tac-cittadini,” qalet Claudette Baldacchino f’messagg li ntlaqa’ b’entuzjazmu miz-zghazagh prezenti.

5 comments:

Anonymous said...

Prosit ta' dan il-messagg u tal-partecipazzjoni taghkom fil-qasam internazzjonali. Il-partit Laburista jrid jimrah iktar fil-qasam Ewropew kif wara kollox ghamel dawn l-ahhar snin.

Ippermetuli nghid prosit lil Joe Mifsud u lil Claudette Baldacchino li fix-xena ta' internazzjonali qeghdin iwettqu hafna u li l-hidma taghhom trid tissahhah.

Anonymous said...

mhijiex xi haga li tigri kuljum li persuna Maltija tigi mistiedna tindirizza s-Summer Camp ta l-ECOSY. Nghid prosit lil Claudette Baldacchino tal-hidma kbira li twettaq fil-Kumitat tar-regjuni.

Anonymous said...

Prosit Claudette Baldacchino.

Parteccipazzjonijiet bhal dawn minn membri tal-partit Laburista huma xhieda tal-kwalita tal-hidma internazzjonali fil-partit Laburista.

Anonymous said...

Il-FZL huwa il-mera tal-gejjieni ta'Partit dinamiku u zaghzugh, li tassew ha jwarrad Stagun Politiku Gdid! Il-partecipazzjoni taz-zghazagh ghandu jkun qihed mifrux, b'mod partikulari fuq livell internazzjonali!

Ejjew ha nergghu naghtu ruh socjalista tassew lill-EU!

Anonymous said...

Hemm bzonn li jkun hemm bidla kbira fid-delegati... Hemm il maggoranza taghhom li bilkemm jafu jiktbu u jaqraw, ahseb u ara...
M'ghandi xejn kontra id delegati, anzi, imma jekk vera ser jsir terremot, id delegati kollha ghandom bzonn jaghtu cans lill generazzzjoni gdida..
Vera kliem ix xih, zomm fih...imma inbad enough is enough...
Ma jistax jkun nibqghu naghmlu listess zbalji...
garanzija li kiku Dr.Sant ma rrizenjax totalment, li kiku Dr.Sant rega tefa l kandidatura tieu ghall leadership, garanzija li hu kien jerga jitla..
sinjal li hemm xi haga hazin..
SOME THINGS NEVER CHANGE...WE NEEd TO GROW UP....