Monday, September 29, 2008

Mhux konsumaturi izda shab


Il-Forum Zghazagh Laburisti jtenni li l-istudenti m’humiex sempliciment klijenti ta’ l-edukazzjoni. Il-konvinzjoni taghna hi li l-istudenti ghandhom jigu kkunsidrati bhala shab shah ta’ l-istess istituzzjonijiet edukattivi.

Huwa dan il-punt ewlieni li l-FZL irid jenfasizza hekk kif qeghdin fil-bidu ta’ sena akkademika gdida fl-università ta’ Malta.
Fil-gimghat li gejjin l-FZL se jkun qieghed jiddiskuti diversi proposti dwar kif nistghu naslu ghal sistema edukattiva fejn l-istudenti jkunu meqjusa bhala shab fis-sistema edukattiva. Dan ghax ahna nemmnu f’edukazzjoni ta’ l-oghla kwalità ghal kulhadd.

Bhala socjal-demokratici u progressivi ahna nishqu li l-edukazzjoni m’ghandiex biss taqdi s-suq tax-xoghol izda ghanda taghti s-sehem taghha lejn cittadinanza dinamika, lejn socjetà aktar demokratika, lejn il-helsien u l-emancipazzjoni ta’ l-individwu. Ghal dawn l-ghanijiet ahna qeghdin nishqu l-htieha ta’ edukazzjoni ta’ kwalità u tat-twettiq shih tal-Prohess ta’ Bologna.

Ahna konxji li bl-istrategija ta’ Lisbona, sa l-2010 l-Ewropa trid issir l-aktar ekonomija msejsa fuq l-gharfien, ghalhekk il-Kummissjoni Ewropea qed tindirizza riformi fi hdan l-oghla istituzzjonijiet edukattivi.

F’kull statistika hekk mhabbra dwar l-Agenda ta’ Lisbona, Malta qed tisfa ma’ ta’ l-ahhar. Ghalina dan mhux accettabbli. Il-holma taghna hija li nkunu l-aqwa fl-Ewropa. L-istedina taghna hija lill-istudenti Maltin u Ghawdxin kollha biex ikunu huma lkoll parti mir-riforma li trid issir fil-pajjiz biex dan l-ghan jintlahaq.

7 comments:

Anonymous said...

Mint'x tara kemm ahna shab. Nizfnu fin-nofs bejn il-lectures u l-gvern.

Anonymous said...

L-edukazzjoni qieghda mdendla b'xaghra f'dal-pajjiz. Minn fuq s'isfel. Illum il-gurnata "minn fuq" ma tfissirx biss l-istudenti universitarji izda l-lexturers stess li issa anki huma qed isemmghu lehinhom dwar id-dwejjaq li ghandhom rigward xogholhom. L-edukazzjoni f'pajjizna ghandha bzonn tirriforma lilha nnifisha. L-istudenti tal-primarja ghandha tonqsilhom il-pressjoni ta' bejn is-sitt sena u l-ewwel sena tas-sekondarja. Jitnehhew l-ezamijiet tal-Junior Lyceum u jibqghu sejrin bl-ezamijiet normali bhal tar-raba' u l-hames sena. Tidhol lingwa barranija fis-sitt sena waqt li fit-tieni sena tas-sekondarja l-istudenti ikollhom spettru ikbar ta' suggetti u tkun fl-ahhar ta' din is-sena li l-istudenti jaghzlu l-linja taghhom. L-o-levels isiru fir-raba' sena tas-sekondarja u s-sixth form titwal b'sena. B'dan il-mod ix-xoghol ta' l-o-levels jitqassam fuq 4 snin waqt li l-a-levels jkunu ibbazati fuq 3 snin. Ghalhekk l-ammont ta' xoghol ikun imqassam ahjar. Barra minn hekk nergghu nirritornaw ghas-sistema ta' tliet a-levels u jigu rtukkati s-sillabi ghal xoghol ahjar. Nahseb dawn ikun biss il-bazi tat-tibdiliet kbar li ghandhom isehhu fis-sistema edukattiva tal-pajjiz.

Anonymous said...

jiena nixtieq nisma meta se titwettaq il weghda ta qabel l elezzjoni li L MCAST ISIRLU ZVILUPP TA 50 MILJUN. weghduha . u dawk li jmexxu l mcast iridu johorgu sidirhom bhal ma harguh jiddefendu dan l izvilupp ta 50 miljun .u urewna pjanti u fly overs.issa ghawn jien fi dmir nghamel xi mistoqsijiet 1 meta se jibda dan ilprogett?
2 ghaliex ma issemma xejn fuqu s issa dal progett?
3 dawk li jmexxu l m cast x qed jghamlu biex jaccertaw ruhom li jsir dan il progett?
4 min imexxi l m cast u gie jispjega fuq il media bil pjanti tal progett fidu, qed jghamel xi tip ta pressjoni fuq il gvern
5 din kienet gimik tipika ta qabel l elezzjoni?
6 jekk kienet gimik dawk li tkellmu b tant pompa fuqu kienu imgaghlin?imqabbdin?kuntenti jghatu palata l gvern? jew illum imhassbin bhali ?
jalla li qed nissuspetta jien hu hazin u x xol jibda minnufieh>

Anonymous said...

Punt tajjeb li ghamel jesmond ghax l-istudenti ta' l-Mcast il-hin kollu telghin u nezlin fid-diskorsi tan-naha tal-gvern imma nahseb jixirqilhom ahjar.

Sar investiment u qed isir xoghol tajjeb. Imma hemm diversi studenti jokorbu biex l-isfidi taghhom ikunu tackled.

Anonymous said...

naqbel ma chantelle, li dejjem l istudent li jbati. Ghalhekk taghmel sens il-kampanja tal-FZL, ghax hemm bzonn issir pressjoni biex is sistema edukativa tkun pjanata madwar l istudent, u mhux l istudent irid idur maghha.

Anonymous said...

prosit tal-program tar-radju tal-lum. komplu ishqu fuq il punti li qed tipprezentaw

Anonymous said...

Huwa tal-misthija kif mill-Belt ta Bormla ma kien hemm ebda student li ghada mil-ezamijiet tal-Junior Lycuem.

Hemm bzonn issir xi haga u malajr.