Monday, September 22, 2008

Mill-"multi-kulturaliżmu" għall-"inter-kulturaliżmu"

"Is-soċjetajiet Ewropej għandhom bżonn jagħmlu l-qabża kwalitattiva mill-"multi-kulturaliżmu" għall-"inter-kulturaliżmu". Kollha nafu tajjeb li s-sempliċi ko-eżistenza tal-kultura ma ġġibx ftehim aktar profond tal-perspettivi u l-prattiki kulturali differenti.

It-tolleranza waħidha mhix biżżejjed ħalli tippermetti li n-nies jiżviluppaw sens ta' komunità u appartenenza. Hija l-interazzjoni kulturali ġenwina li ser tagħmel id-differenza. Biex jisaħħu l-koeżjoni soċjali, il-parteċipazzjoni demokratika u l-ugwaljanza, għandha bżonn ta' djalogu ġenwin bejn il-kulturi. Id-diversità kulturali hija rikkezza soċjali, ekonomiku u politiku jekk titħaddem b'risprett sħiħ tad-drittijiet umani, id-demokrazija u l-istat tad-dritt.

Aħna, is-Soċjalisti u s-Soċjal-demokratiċi, li ġejna eletti fil-lokalitajiet u r-reġjuni, konxji ħafna li d-djalogu interkulturali li jkun miftuħ u ġenwin huwa għodda unika li tista' tgħin lill-komunitajiet lokali tagħna jgħixu flimkien b'mod kostruttiv. Il-kompetizzjoni tagħna qed tfittex lingwa mhux verbali li tirrappreżenta d-differenzi mill-perspettivi taż-żgħażagħ.

Għalhekk qed nistednuk li permezz ta' ritratt, tiġbed espressjonijiet ta' skambji kulturali fil-belt jew ir-reġjun tiegħek u li taqsam magħna l-viżjoni tiegħek tad-djalogu interkulturali. Aħna nixtiequ ħafna nerġgħu niskopru l-inter-kulturaliżmu mill-lenti tal-kamera tiegħek!"

HU SEHEM FIL-KOMPETIZZJONI FOTOGRAFIKA ORGANIZZATA MILL-KUMITAT TAR-REGJUNI .
Ghall-aktar taghrif claudette.baldacchino@gmail.com

No comments: