Monday, November 17, 2008

Qbil dwar diversi temi bejn il-FZL u l-KSU


Matul laqgha ta’ djalogu u konsultazzzjoni bejn il-Forum Zghazagh Laburisti (FZL) u ‘l-KSU (Kunsill Studenti Universitarji) b’tema d-drittijiet ta’ l-istudenti, hareg bic-car l-importanza li l-istudent ghadhu jigi kkonsultat aktar u mpoggi fic-centru tat-tehied tad-decizjonijiet bhala shab indaqs. Il-KSU stqarr li jaqbel li r-rapprezentanza tal-lehen studentesk fl-istituzzjoni universitarja ghandu jissahhah filwaqt li jtenni l-importanza li tissokta ‘l-hidma sabiex il-ghanijiet, il-kwailità u l-istandards hekk kif mfassla fil-Process ta’ Bologna, jintlehqu bl-oghla rata ta’ success possibbli.

F’sensiela ta’ laqghat ma’ ghaqdiet taz-zghazagh u dawk studenteski dwar il-kampanja imnedija mill-FZL favur id-drittijiet tal-istudenti, M’initex biss numru (Not just a number), qed jinhass l-importanza li jithares id-dritt ghall-lecturers kkwalifikati u ddedikati li jkunu prezenti matul is-sena akkademika kollha u ta’ ghajnuna ghall-istudenti barra il-hin tal-lezzjoni. L-KSU minn naha tieghu qal li qieghed iheggeg riforma fil-qafas tal-Matsec li ghanda twassal ghall-pass f’din d-direzzjoni u jara bidla fis-sistema tar-revizjoni tal-karta ta’ l-ezami, fejn bi dritt l-istudenti jkollhom access ghar-revizjoni tal-karta ta’ l-ezami. Hareg car ukoll li l-KSU jaqbel mall-propositi tal-FZL fil-harsien u l-infurzar ta’ qafas ta’ zmien hekk kif stipulat li fih jigu ppubblikati r-rizultati ta’ l-ezamijiet.

Il-KSU wera qbil mad-dritt li jkun hawn fierxa aktar wiesgha ta’ korsijiet fuq livell part-time u evening-classes ta’ l-ewwel lawreja, fl-livell undergraduate, u dawk li jwasslu ghal specjalizzazzjoni, b’korsjijiet li jkunu jafu jgharfu jzewwgu aktar ‘l-linja teorika ma’ dik tal-prattika. Dan jista’ jsehh permezz ta’ sehem aktar attiv ta’ studenti gradwati li jkunu qed jissoktaw l-istudji taghhom fl-livelli oghla, b’kooperazzjoni shiha mall-korp docentesk, b’hekk jaghtu sehemhom fit-tahrig moghti mill-Università u jiksbu esperjenza fil-qasam.

Il-FZL u ‘l-KSU jilqghu b’soddisfazzjon is-sinjali ta’ rieda ta’ hidma fi hdan l-ufficju tal-Ombudsman filwaqt illi jemmnu fl-importanza u l-irwol aktar ewlieni li ghandu jinghata lill-hidma ta’ dan l-istess l-ufficju, fejn l-istudenti jkollhom aktar gharfien tal-fakultajiet ta’ din l-istess istituzzjoni, li taqdi proprju l-ghan li thares d-drittijiet tal-istudent. Z-zewg ghaqdiet jirrikonoxxu ‘l-passi ‘l-quddiem li qed jiehdu xejra aktar hajja fl-Unviersità, b’investiment aktar estiz u intenziv fl-infrastruttura u fir-rizorzi materjali universitarji, kif ukoll b’inizjattivi innovattivi, bhal dik tal-pjattaforma elettronika tal-E-sims kif ukoll tad-Degree Plus, liema skema theggeg u tagevola l-gharfien, ‘l-formazzjoni u l-abbiltajiet prattici tal-istudenti.

Fl-istess direzzjoni u favur il-harsien shieh tad-drittijiet tal-istudenti, l-KSU varat l-inizjattiva Int tilmenta... int takkwista! fejn l-istudent huwa mheggeg jsemmha lehnu u jara li drittijiethu ma jigux mittiefsa. Il-FZL u ‘l-KSU sahaqu l-importanza ta’ sehem aktar attiv fil-hajja studenteska universitarja li ghanda twassal ghall-partecipazzjoni estiza u tassew hajja mhux biss fl-istruttura akkademika izda kif ukoll fi hdan dik ta’ l-ghaqdiet u tal-bosta attivitajiet li tassew jsawwru l-hajja studenteska universitarja.

4 comments:

Anonymous said...

Zewg inizjativi interessanti li ghandna bzonn aktar bhalom sabiex l-universita taghna tibqa taggorna ruhha u tiggedded maz-zminijiet.

Proset FZL u KSU

Anonymous said...

Huwa ta' pjacir li tara l-KSU u l-FZL jaqblu fuq diversi issues li jpoggu fic-centru l-interess ta l-istudent.

Nahseb wasal iz zmien ukoll li lil'hinn mill-partigjanizzmu, jisseddaqq d-djalogu politiku u ideologiku gewwa l-Universita, xi haga li ma tezistiex u tista ssir b'mod intelligenti hafna.

Wara kollox il-mexxejja ta ghada, johorgu minn hemm generalment

Anonymous said...

Proset FZL, hidma sfieqa ta' l-FZL ma' l-ghaqdiet ta' l-istudenti sabiex tmexxi l quddiem il-politika taha sabiex itejjeb hajjet l-situdenti Maltin u Ghawdxin. Inizjattiva ferm interesanti li turi kemm il-Partit Laburista huwa Vicin ta l-istudenti Mlatin u Ghawdxin.

stafrace said...

huwa necessarju li f'kollox l-FZL turi li hija lesta tinteressa ruha fil-problema rejali li qed jitfaccaw iz-zaghzagh. Il-laqgha mal-KSU juri impenn lejn ghaqda fl-Universita'. Hija biss b'din l-ghaqda li dak kollu li huwa tajjeb fil-messagg tal-FZL jasal anki fl-Universita'. Principju fondamentali ghal dejjem huwa li bid-djalogu tirbah.

simon micallef stafrace