Thursday, July 17, 2008
F’incertezza dwar il-futur taghhom
Xhur ilu l- Forum Zghazagh Laburisti (FZL) appella lill-Gvern biex b’mod immedjat jerga’ jniedi l-iskema ta’ l-Equity Sharing.
Anke jekk f’dan l-appell il-Forum Zghazagh Laburisti ma kienx wahdu, sal-lum il-gvern ghadu ma tax kaz il-karba ta’ bosta zghazagh.
Kif irrapporta l-gurnal KullHadd fl-ahhar jiem, ghexieren ta’ koppji zghazagh li ressqu l-applikazzjoni taghhom ma’ l-Awtorità tad-Djar qabel giet sospiza l-Equity Sharing Scheme f’nofs Mejju li ghadda, jinsabu f’salib it-toroq ma jafux kif se jkomplu bil-konvenju li lahqu dahlu ghalih. Konvenju li dahlu ghalih qabel tgharrfu li l-applikazzjoni taghhom nzammet sakemm jittiehdu d-decizjonijiet dwar ir-ristrutturar ta’ l-iskema.
Permezz ta’ din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar kienet se tkun lesta li tiffinanzja ma’ €32,000 biex issir ko-proprjetarja fix-xiri tal-post.
Izda wara l-elezzjoni l-iskema twaqqfet minkejja li John Dalli qal fil-Parlament li l-awtorità ma riditx twaqqaf din l-iskema li kienet popolari. Fil-parlament qal ukoll li huwa rid sistema sostenibbli. M’ghandniex xi nghidu, fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, ma ntqal xejn minn dak li qal Dalli wara l-elezzjoni.
Dalli zied jghid li l-awtorità kienet ghaddejja bix-xoghol taghha u fi zmien qasir hafna kellha tniedi skema modifikata u sostenibbli.
Sal-lum ghadew ix-xhur u ghadu ma sar xejn, b’ghadd ta’ zghazagh qeghdin jghixu f’incertezza kbira dwar il-futur taghhom.
Mill-gdid l-appell taghna huwa dak biex skema simili tibda kemm jista' jkun malajr.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
8 comments:
iz-zghazagh maltin m'ghandomx jibqghu passivi quddiem ingann bhal dan. Kieku xi haga hekk fi Franza jew l-Ingilterra kienu jsiru protesti kbar imma donnu hawn Malta jghaddi kollox u min jipprotesta ghal hobzi nghajruh
il-verita hi li jrid jerga jigi definit il-kuncett tas social housing. il bzonnijiet u c-cirkostanzi inbiddlu. pajjiz b 50,000 propjeta vojta... tal-misthija!
vera hawn bzonn li jerga jigi definit il-kuncett ta' social housing, izda min saret weghda mieghu u dahal f'piz dik il-weghda trid tinzamm.
il problema li minhabba l-opportunizmu tal-politici tal-lemin f'pajjizna nkunu ahna z-zghazagh li nbaghtu
ir-riformi li hemm bzonn iridu jsiru
ir riformi jsiru kemm trid imma dak imwieghed irid jinghata, b'mod specjali f'kaz bhal dan fejn zghazagh ikunu dahlu f'konvenju
Jien middle aged u niehu gost naqra l-kummenti takom kemm tafu titkellmu iz zazaghah tal lum.Ahna ma kellnix loppurtinata,pero parir wiehed intikom,l futur huwa takom u kull decizjoni li titiehed llum ,issarraf fil futur takom ,ghalhekk inghaqdu u semmu lehinkom u fejn ma taqblux ghamlu pressjoni,kif konna naghmlu ahna,xi mindaqqiet,ghax mhux deejjem stajna,ghalek nghidilkom action speaks louder than words ,act now!!!
Dan l-ahhar regghet qamet il kwistjoni tat tarznari Maltin fejn il gvern irid ibiegh lit tarznari Maltin. Ghalfejn irid ibiegh lit tarznari Maltin, ghax jaf li hija entita li thalli il qliegh u ghamlu min kollox biex din taghmel it telf. 3 snin ilu it tarzna ta Malta ghamlet il qliegh u il haddiema taghha urew li huma kapaci ghax xoghol. Fit tarzna tal Marsa inbnew il vapuri ta Ghawdex li kulhadd xi darba jew ohra uzahom. Ghala ingabu nies barrarin jahdmu fit tarzna bhal rumeni u filippini u in nies ta tarzna stess bghatnihom mal kunsilli jizbghu xi bank meta dawn in nies ghandhom sengha bhal dik. Nahseb wasal iz zmien li il poplu Malti iqum u jappoggja lil haddiema ta tarzna, niftakru fl imghoddi li meta il poplu kien qed ikun maghkus dejjem il haddiema ta tarzna kien li hareg biex kiseb id drittijiet taghhom, insemmu il kwistjoni ta' l-iskejjel u wahda wara l-ohra. Fejn ha jkun il Partit Laburista f'din il kwistjoni. Grazzi Haddiem ta tarzna
Post a Comment