Tuesday, July 15, 2008

Konsegwenza ta' weghdi li Lawrence Gonzi kien jaf li ma jistax izomm


Huma hafna dawk li fl-ahhar sighat ippuntaw subajhom lejn dawk li qeghdin jiehdu sehem fl-istrajk nazzjonali tat-trasport. 
Izda tajjeb wiehed ifakkar li bl-azzjonijiet industrijali li qeghdin jittiehdu mill-operaturi tat-trasport, il-pajjiz qieghed ikollu jhallas qares ghall-weghdiet li l-gvern Nazzjonalista ghamel qabel l-elezzjoni generali lil dawn l-istess operaturi, u li issa ddecieda li jibdel il-pozizzjoni tieghu dwarhom. 

It-twissijiet li l-liberalizazzjoni hija xi haga inevitabbli kienu ilhom isiru izda l-Partit Nazzjonalista, bhas soltu, f’kacca ghal voti wieghed li s-suq ma kienx se jkun illiberalizzat. Bhal f’hafna kazi ohra il-gvern ta’ Gonzi kiser il-wieghda tieghu u quddiem din is-sitwazzjoni dawk milquta pprotestaw bhal ma jigri f’ghadd ta’ pajjizi Ewropej u Demokratici ohra. 

Minkejja dan kollu l-Forum Zghazagh Laburisti jappella lill-Federazzjoni tat-Trasport Pubbliku biex wara jumejn ta’ strajk li affettwa bil-kbir lic-cittadini tnaqqas l-azzjonijiet industrijali li qieghda tiehu ghaliex kif sahaq il-Mexxej Laburista Joseph Muscat minn dawn l-azzjonijiet mhux qieghed ibati l-gvern izda qieghed ibati l-pajjiz kollu. Fl-istess hin, anke jekk ahna nifhmu u nemmnu li kull haddiem ghandu d-dritt jiddefendi l-ghixien tieghu nishqu wkoll li l-ebda forma ta’ vjolenza ma’ tista’ tkun accetata. 

Ahna naqblu mal-liberalizazzjoni kull fejn il-konsumatur mhux moqdi tajjeb izda t-triq ‘il quddiem ghandha tkun dik ta’ konsultazzjoni u diskussjoni fejn f’ambjent civilizzat jitharsu l-interessi tal-Maltin u l-Ghawdxin mhux l-inqas taz-zghazagh. 

5 comments:

Anonymous said...

Ahna iz-zghazagh jinteressana li jkollna servizz efficenti, u li jkun tassew alternativa ghall-uzu tal-karozza. huwa inkoncepibbli kif f pajjiz tad-daqs taghna haw dan l-ammont ta karozzi. kieku tezisti sistema ta trasport pubbliku efficenti jonqos drastikament l-uzu tal-karozza; i.e. it traffiku u t-tniggis ta l-arja.

nemmnu li suq liberallizat b kompetizzjoni gusta igawdi minnha l-konsumatur, kif diga rajna f setturi ohrajn varji.

issa jekk il-gvern nazzjonalista, wieghed lil dawn ix-xufiera dak li ma setax iwieghed, kif jghid l-ingliz 'he has to face the music'.

minn naha l-ohra mhuwiex gust li qed ibatu in-nies u n-negozjanti. illum it-toroq tal-belt kienu vojta, u s-sidien tal-hwienet fil-bibien tal-hwienet taghhom iharsu lejn xulxin.

Din is-siteazzjoni inholqot biss minhabba l-egoizmu u r-rabta mal-poter tal-Partit Nazzjonalista. Bhas-soltu azzjonijiet bhal dawn qed jehodhom fil-bidu tal-legislatura sabiex in-nies jilhqu jinsew u jaraw biss il-bzar li jigi mroxx fl-ahhar ftit gimghat tal-kampanja. nawgura li dan ma jergax isehh.

Charmaine said...

Din m'hijiex l-uniku okazzjoni fejn Gonzi kiser dak li jkun qal qabel l-elezzjoni.

Ic-caqliq ta' tax bands fl-ewwel budget kif ukoll l-irtirar ta' skemi bhar-rebates u l-ghajnuna fuq l-ewwel proprejta' kienu ezempji ohra.

Anke jekk mhux neccesarjament taqbel maghhom f'kollox dawn in-nies kellhom il-gazz jipprotestaw kif jigri f'pajjizi ohra meta gvern ma jzommx kelmtu.

Il-kumplament tal-poplu baqa cass. U dan iwassal biex darb ohra Gonzi jsibu komdu jimtejjel bih.

Anonymous said...

M'hemmx dubbju li l-gvern qieghed ibaghti l-konsegwenzi tal-politika ta' ngann tieghu imma hawn qieghed ibaghti wkoll il-poplu, specjalment dawk li juzaw is-servizz tal-karozz tal-linja.

Anonymous said...

bhas soltu qeghdin naraw li l-gvern iwettaq l-ingann fl-ewwel zmien tal-legislatura tieghu biex imbaghad jilhaq inessi. Sfortunatament il-poplu qieghed verament jinsa' min x'hix ikun ghadda, dan anke jekk il-konsegwenzi u l-pizijiet ikunu fuq spallejh

Anonymous said...

il poplu qieghed ibaghti minn dak li ghaddej u Gonzi bhas soltu ghal kollox gallarija biex ma jmurx ixellef ir-reputazzjoni tieghu.
Irridu Prim Ministru li jagixxi u jwiegeb b'mod konkret ghaliex ma jkunx zamm il-weghdi li ghamel.