“Irrid li z-zghazagh ikunu fuq quddiem nett fil-ferghat kollha tal-Partit Laburisti ghax iz-zghazagh iridu jkunu l-protagonsiti fil-moviment tal-Progressivi u Moderati li rridu nibnu.”
Kien dan il-messagg tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta kien qieghed jindirizza l-laqgha generali annwali tal-Forum Zghazagh Laburisti .
Joseph Muscat heggeg lil Forum Zghazagh Laburisti biex fi zmien li gej ikun iktar pro-attiv u wieghed li dawn iz-zghazagh mhu se jsibu l-ebda rezistenza fil-hidma taghhom, ghax fuq kollox il-Partit Laburista huw l-artit taz-zghazagh.
Tul il-messagg tieghu Joseph Muscat rega’ spjega kif bil-fatti l-Partit Laburista huwa l-partit tal-valuri Ewropej u issa rega’ wasal iz-zmien li jerga’ jintbaghat sinjal car li l-partit laburista huwa l-partit ta’ l-ideat u tal-valuri Ewropej.
Il-Mexxej Laburista talab liz-zghazagha Laburisti biex qabel xejn iwiegbu l-mistoqsija, ghaliex huma Laburisti u sostna li l-fatt li gejjin minn familja Laburisata m’ghandux ikun bizejjed.
“Ghazilt lill-Partit Laburista ghax nemmen li kulhadd ghandu jkollu c-cavetta tas-success fil-hajja. Ghax nemmen li rridu li nghinu lil min jaqa lura fis-socjeta’ izda fl-istess hin nemmen li anke min sejjer tajjeb rridu nkomplu nimbuttawh biex jekk jista jkun jigri iktar ‘il quddiem,” tenna Joseph Muscat.
Joseph Muscat temm iheggeg liz-zghazagh prezenti biex jisskotaw bil-hidma taghhom halli dak li ilnha “nahsbu fuqu nkunu f’pozizzjoni li nattwawh.”
Indirizza l-laqgha Aaron Farrugia, li kien qieghed itemm il-kariga tieghu bhala President tal-Forum Zghazagh Laburisti, huwa qal li hemm hegga kbira fost iz-zghazagh li qeghdin ihossuhom parti minn generazzjoni rebbieha u li lesti jahdmu ghal holma li pprezentalhom Joseph Muscat li Malta tkun l-aqwa fl-Unjoni Ewropea.
Min-naha tieghu Daniel Micallef, li kien elett president tal-Forum Zghazagh Laburisti sahaq li l-Forum Zghazagh Laburisti jilqa’ b’sodisfazzjoni l-appelli ta’ Joseph Muscat u li se jkun fuq quddiem nett fil-hidma biex pajjizna tassew jidhol fi stagun politiku gdid.
11 comments:
Napella biex mhux biss il-Forum Zghazagh Laburisti izda z-zghazagh Maltin u l-Ghawdxin kollha jilqghu l-appell ta' Joseph Muscat li wara kollox huwa zghazugh bhalhom
attendejt il-laqgha ta' l-fzl u nista' nghid li mhux biss kienet imhejjija tajjeb imma kien hemm entuzjazmu kbir.
Joseph Muscat qieghed juri bic-car li huwa l-mexxej taz-zghazagh u l-uniku li jista' jaghti nifs gdid lill-politika f'pajjizna
l-appell ta' Joseph ghandu jirrifletti fil-vot tad-delegati fil-konferenza generali. Issa jew stagun politiku gdid jew inkella morru lura ghal metodi u persuni li jkolli nghid jistghu ikunu xi ftit antikwati.
jiena nawgura liz-zghazagh kollha li se jikkontestaw ghall-amministrazzjoni u nappella li wara l-kliem kollha dwar kemm il-partit laburista ghandu bzonn liz-zghazagh, id-delegati jtuhom cans.
bl-istess mod min fl-ahhar snin wera' li huwa zghazugh ta' vera bil-hsieb u bl-ghemil anke jekk l-eta' ta' zghozija tkun inqabzet b'xi ftit snin ukoll jixraqlu l-fiducja tad-delegati
Awguri fil-kariga l-gdida tieghek Daniel...
M'ghandiex dubju li daniel u shabu se jibnu fuq it-tajjeb li ghamel aaron farrugia, nawguraw li l-hidma ta' aaron tissokta billi jkun elett fl-amministrazzjoni tal-partit
Tad dahk din il-post...irid iz-zghazagh fuq quddiem nett...u l unici zghazagh li jkunu fuq quddiem nett huma dawk l istess erba min nies li ilhom hemm ghomor...
get real please.
btw good idea din tal blog.
forsi hekk kien il-kaz sa ftit tas-snin ilu. imma jekk int involut fil-partit laburista (u jekk mintx nistiednek issir) fl-ahhar snin zdiedu hafna z-zghazagh godda.
sadanittant inheggek biex tkun int l-ewwel wiehed / jew wahda li tinvolvi ruhek u tkun minn ta' quddiem fil-forum u fil-partit
Jekk irid li z zghazagh ikunu fuq quddiem nett, se jiehu xi azzjoni biex mela jkun hemm xi forma ta fzl university jew?
nistiednek tikkumenta fuq l-iktar post ricenti f'dan il-blog, dik dwar l-istudenti
Well written article.
Post a Comment