Monday, August 25, 2008

Partecipazzjoni

Iz-zghozija fiha stadji differenti izda hija zmien li fih persuna tiehu diversi decizjonijiet. Fost dawn iz-zaghzugh jifforma fehmiet u jiddeciedi dwar dik il-karriera li jixtieq isegwi f’hajtu u dan wara li jkun qieghed jipprepara ruhu fit-tahrig u t-taghlim li jservi ta’ bazi ghal dak li jixtieq jaghmel fil-futur.

Huwa zmien li fih persuna tkun qed tifforma l-personalità taghha izda dan apparti, mill-età ta’ 16-il sena ‘l fuq, persuna ghandha diversi opportunitajiet fejn tista’ tiehu decizjonijiet importanti f’hajjitha.

F’pajjizna, l-età li titqies bhala maggorenni hija ta’ 18-il sena. Ta’ dik l-età persuna tista’ tiehu dawk id-decizjonijiet kollha ghax legalment titqies bhala persuna adulta. Izda ta’ 16-il sena persuna tista’ tiehu decizjonijiet li jolqtu hajjitha fil-futur. Persuna tista’ tiddeciedi li ma tkomplix tattendi l-iskola meta din taghlaq is-16-il sena. Tista’ taghzel li tfittex xoghol skond dawk il-hiliet li tkun kisbet fis-sistema edukattiva sa din l-età. Din hija decizjoni importanti li tolqot il-hajja tal-persuna li taghmel dik id-decizjoni.

Persuna ta’ 16-il sena, sakemm tinghata l-kunsens mill-genituri, tista’ taghzel li tizzewweg skond il-ligi Maltija. Persuna tista’ tigi emancipata mill-genituri taghha biex tibda’ twettaq atti ta’ kummerc, dan ifisser li l-genituri jistghu bi procedura apposta, jaghtu l-fakultajiet lil zaghzugh/a ta’ 16-il sena li jmexxi negozju minn dik l-età.

Dan juri bic-car li llum digà hemm gharfien li persuna ta’ 16-il sena, tkun f’età li tippartecipa f’diversi oqsma u aspetti fil-hajja u fis-socjetà. Illum qed johrog bic-car li hemm ir-rieda li din il-partecipazzjoni titkattar u titwessa’ biex iz-zghazagh minn 16-il sena ‘l fuq ikollhom vuci wkoll fit-tmexxija tal-gvern lokali.

Jehtieg li aktar zghazagh, ukoll minn tali età jesprimu l-impenn taghhom lejn is-socjetà. Il-partecipazzjoni fl-ghazliet fit-tmexxija lokali huwa mezz biex wiehed jaghti kontribut kif ukoll jesprimi l-fehma tieghu ghal dak li jkun ghaddej madwaru.

Il-proposta li d-dritt tal-vot liz-zghazagh minn 16-il sena ‘l fuq hija indikazzjoni cara li l-Partit Laburista, fi stagun politiku gdid, irid iwessa’ l-ispazji biex aktar zghazagh jaghtu l-kontribut taghhom, izda jehtieg li filwaqt li jinghata dan id-dritt jehtieg li nsahhu aspetti ohra li huma relatati.

Fil-fehma tieghi, jehtieg li t-tfal u z-zghazagh Maltin jinghataw aktar taghlim u tahrig biex isiru cittadini tajba. Hemm bzonn li naghtu spinta biex noholqu aktar interess u taghrif biex ikun hemm aktar kuxjenza dwar dak li jsawwar cittadin tajjeb. Hemm bzonn li jkun hemm aktar impenn fil-komunitajiet li nghixu fihom. Il-partecipazzjoni taz-zghazagh fit-tmexxija lokali hija mezz kif ikollna aktar mexxejja zghazagh fil-komunitajiet Maltin u Ghawdxin. Zghazagh li jkunu ta’ ezempju pozittiv fuq zghazagh ohra bil-kontribut li jaghtu. Din il-proposta ghandha ssib is-sostenn u l-approvazzjoni fiz-zmien li gej izda jehtieg li tkun sostnuta b’inkoraggiment shih li verament iz-zghazagh jistghu huma wkoll jippartecipaw bi shih u jaghtu l-aqwa kontribut ghalihom u ghal ta’ madwarhom.

8 comments:

Unknown said...

What ever the arguement is on this issue - this is a step forward to help youths become less a political.

If one takes a look at the recent publication of the Eurobarometer, it is evident the low percentages of politcal participation in Malta. This proposal will have positive effects on youth as it will encourage them to take part in campaigns, parties and become able to analyse politcally what is truely going on.

It was the Labour party who gave the right to women to vote, the right to 18 yr olds to vote and it will be the Labour Party who recognised and gave right to 16 yr olds!!

Unknown said...

Well well well......

Anonymous said...

Fl- opinjoni tieghi,naqbel mal pass kbir li qed jipprova johloq l partit laburista, biex jaghti id dritt tal vot liz zghazagh ta 16. Il politika Maltija hi ibbazzata, fuq xser isir biex intejbu l hajja taz zghazagh, l kbar qed jiehdu id decizjonijiet ghaz zghazagh. Might as well, naghtu id dritt liz zghazagh minn 16'il fuq , biex jivvutaw, ghax nemmen li iz zghazagh huma kapaci jiddeciedu x'hinu l ahjar ghal pajjiz u fuq kollox ghall hajja futura taghhhom.

Anonymous said...

Jien nahseb li qabel niehdu decizjoni importanti bhal din hemm bzonn hafna hafna aktar diskussjoni. S'issa kien hemm biss argumenti partigjana. Tal-Labour jghidu li jaqblu u in-Nazzjonalisti jopponu. Ma nahsibx li xi hadd ghandu xi haga jitfaha ghal-saqajja u daqshekk. La kien il-Partit Laburista li propona haga bhal din issa jrid jara li jigu organizatti dawn id-dibattiti u diskussjoniet.

Anonymous said...

Nemmen, li kemm jista jkun din id decizjoni, trid tigi mahsuba sew, mhux issir political issue...
Malta lesta li taghti l liberta kollha lill-istudenti??? ax ladarba jkollhom id dritt tal vot, ghandhom l liberta kollha, l licenzja jkun baqa...

Mario said...

Diskussjoni pubblika kif qed tissemma aktar qabel se tigi organizata nhar il-Hamis, 18 ta' Settembru, 2008 fil-Grand Hotel Excelsior, Floriana.

Unknown said...

Naqbel mieghek li l-MLP ghandu jibda d-diskussjoni la hu proponiha, izda ma jfissirx li ghaqdiet u partiti ohra ghandhom joqghidu jisennew lill-MLP ghad-diskussjoni, izda ghandhom jiddiskutuha huma wkoll. S'issa l-PN mhux oppona, imma baqa' f'silenzju assolut. Imbilli hargu l-MZPN u l-fergha tal-istudenti nazzjonalisti l-sdm favur, xorta ghadna ma smajniex lil xi hadd mill-mexxeja tal-PN jitkellem favur. Din hija hasra ghax anke jekk ma taqbilx mal-kuncett, ghallinqas ejja niddiskutuh!

Anonymous said...

li jkun hemm partecipazzjoni fil-kunsilli huwa tajjeb, izda hafna ahjar jekk iz zghazagh ikollom sehem fl-elezzjonijiet generali ukoll. importanti li tigi assigurata presenza zghazugha fuq il-bordijiet tal-gvern. bla dubbju li l proposta ta muscat kienet sinjal tajjeb ghall futur tax xena politika maltija