Sunday, September 21, 2008

Gonzi ta' zewgt ucuh

Lawrence Gonzi tal-lum ma tistax ma tfissrux bhala Prim Ministru ta’ zewgt ucuh. Gonzi tal-lum mhux Gonzi ta’ qabel l-elezzjoni.

Kaz wara l-iehor, Gonzi kkonferma li kliemu qabel l-elezzjoni ma kien xejn hlief kliem ta’ propoganda u xejn ta’ sustanza. Intiz biss biex jirbah l-elezzjoni.

Ta' dan hemm diversi ezempji. Timla blogs shah li kieku tiktibhom kollha.

F'dan il-blog se naghtu biss ezempju wiehed. Kaz tipiku fejn il-vittmi tal-qerq tieghu konna ahna z-zghazagh kien il-waqfien hesrem ta’ l-iskema ta’ l-Equity Sharing Scheme.

Din kienet daqqa qawwija meta tqis il-fatt li s-sussidji ghall-ewwel xerrejja kienet fuq l-agenda taz-zewg partiti matul il-kampanja elettorali. Imnedija fil-bidu ta’ l-2006, l-iskema kellha l-ghan li tiffacilita lill-koppji zghazagh biex jixtru l-ewwel dar taghhom billi l-gvern jissusidja sa Lm14,000 mill-prezz tal-proprjetà. Qabel l-elezzjoni, din l-iskema kienet prezentata lill-pubbliku bil-ghan li tibbilancja l-weghda elettorali tal-Partit Laburista, li kienet se tissusidja l-interessi fuq ix-xiri ta’ l-ewwel dar.

Izda issa li Gonzi rtira minn din il-weghda, wiehed ma jistax ma jissuspettax li din irnexxielha tilhaq l-iskop taghha u cioe li ftit li xejn kellha x’taqsam mal-konvinzjoni tieghu bhala politiku serju li jghin liz-zghazagh biex jixtru l-ewwel proprejtà, izda aktar bl-iskop li jisirqilhom il-vot biex jirbah l-elezzjoni generali li ghaddiet.

Fid-dawl ta’ dan Lawrnece Gonzi qed juri li hu Prim Ministru ta’ zewgt ucuh. Jurik wicc qabel l-elezzjoni biex jirbahlek il-vot u jaghtik wicc iehor wara l-elezzjoni li minnu jsallbek.

5 comments:

Anonymous said...

il-PN mhux l-ewwel darba li nganna l-poplu, izda l-MLP ma kienx fdat bizzejjed mill-poplu biex jiehu l-Gvern. Qabel l-elezzjoni anke n-nefqa tal-Ministeri zdiedet u ntuzat ghall-propoganda. Xejn gdid, tal-PN l-istess. Issa sa ghall-Labour li juri li kapaci jkun hafna ahjar specjalment fejn jidhlu policies.

Anonymous said...

Il-Partit Laburista jrid jesponi iktar il-qerq ta' Lawrence Gonzi ghax m'huwiex accetabbli li l-poplu ma jinghatax dak imwieghed lilu ftit tax-xhur ilu biss. Tajjeb li l-Partit Laburista jikkoncentra fuq it-tibdil intern, imma dan gvern ta' 1,500 vot maggoranza u nippretendu li dak li wieghed iwettqu.
Jiena se nwassal twissija cara dwar dan bil-vot tieghi fil-parlament ewropew is-sena d-diehla.

Charmaine said...

Il-poplu jesigi li dak imwieghed jibda jitwettaq min issa u mhux fil-budget ta' qabel l-elezzjoni biex imbaghad jitnehha ftit wara li l-PN ikun rebah il-gvern

Mario said...

Kif qiegħed jingħad tajjeb hawnhekk Gonzi qed ikun biss priminisrtu li jagħti l-ewwel u qabel kollox imporanza lill-imaġini tiegħu. Xhieda ta'dan kienet il-kwistjoni tal-istrike tal-mezzi tat-transport pubbliku. Tul il-kwistjoni kollha dejjem deher Austin Gatt u Gonzi lanqas biss halla kumment fuq is-sitwazzjoni. Madanakollu meta l-kwistjoni ssolviet, il-prim ħarreġ mill-moħba tiegħu trijunfanti issu eroj jispjegga dak kollu li kien ġara.

Kif jixdhu dawn il-każi Gonzi ftit jinteressah il-ġid ta'Malta u jagħti kaz biss ta' kif se jibqa' fil-poter. Għal-kuntrarju ta'Gonzi, Joseph Muscat qieghed ikun dejjem proattiv u jiffaċja l-isfidi hu, kif ukoll johrog b'ideat innovattivi u tajbin bhal perezemju il-proposta tal-vot ghaz-zghazagh ta' sittax il-sena.

Sam said...

Gonzi ta zewgt ucuh kien minn dejjem huwa stil tal-partit nazzjonalista, hekk kif fil-passat kienu jivutaw le ghal kull beneficcju socjali u drittijit tal-bniedem li l-partit laburista kien ried jaghti lil poplu malti kollu, imma minn banda ohra dejjem appogjaw lil knisja avolja kienet qieghda tindahal f'responsabilita li ma kinitx tikkoncerna lilha u tesponi lil kull Laburist mill-hajja spiritwali tal-bniedem. Pass wara pass irridu nkomplu nohorgu il-gurdien minn got-toqba, sakemm il-poplu malti ma jibqax isawwat lilu innifsu taht GonziPn. Il-mira taghhom minn dejjem urietna kif tiprova telimina is-successi u tajjeb li l-partit laburista ghamel u li ghad irid iwettaq. Id f'id irridu tassew inkomplu mixjijn lejn Generazzjoni hekk verament rebbieha.