Sunday, September 14, 2008

Merhba kbira lil Joseph Muscat

Jezisti entuzjazmu kbir ghall-attività li se ssir nhar is-Sibt li gej u li se tkun celebrazzjoni ghad-dhul fil-Parlament Malti tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat li issa qieghed joqrob iktar.

Fl-ahhar sighat mijiet ta’ persuni akkwistaw il-biljetti taghhom biex ikunu parti mill-merhba kbira li mistenni jinghata l-Mexxej Laburista gewwa Hal Luqa.

“Sodisfatti bir-rispons li qieghed ikun hemm ghalkemm f’dan l-istadju nappellaw iktar nies biex jinghaqdu maghna ghal din l-attività,” sahaq ma’ KullHadd, Daniel Micallef, President tal-Forum Zghazagh Laburisti (FZL). “Irridu naghtu merhba kbira lil Joseph Muscat, nuru l-appogg taghna ghar-riformi progressivi li ghamel u ppropona sa issa u ntennu l-appogg taghna ghaz-zmien li gej,” zied jghid Micallef.

Ir-reception li se ssir nhar is-Sibt li gej se ssir fil-Montekristo Winevaults, Hal-Luqa, bil-prezz ta’ dhul ikun ta’ tmien ewro li jkopri wkoll l-ikel. Biljetti jinkisbu mic-Centru Nazzjonali Laburista, One Complex il-Marsa u mill-kumitati lokali tal-Partit Laburista.

4 comments:

Anonymous said...

tal-PN nkwetati u qatt ma stennew dan il-momentum minn ghand muscat. fl-ahhar wasal il bniedem li johrog il malta mill-hakma konservattiva

Anonymous said...

Prosit lill-Forum Żgħażagħ Laburisti li ghal darb'oħra organizzaw di iċ-ċelebrazzjoni għal dan l-avventiment hekk importanti għall-pajjiz.

Anonymous said...

Prosit lill-Forum Żgħażagħ Laburisti li ghal darb'oħra organizzaw di iċ-ċelebrazzjoni għal dan l-avventiment hekk importanti għall-pajjiż.

Anonymous said...

joseph f dawn il 100 jum seraq ix xena politika f malta huwa bla dubju dak li il pn kien qed jibza minnu. u issa bdew hergin l attakki ghax il bierah waqt il buffonati li jamlu fuq il fosos, gonzi kritika lil muscat ghax diehel fil parlament flok persuna imtella mil poplu.l ewwel nett mhux il persuna idonea li tajd hekk meta deher dghajjef ma jeffrey pullicino orlandomistra. u ttien tighu gravi aktar ta ghax ma ninsewx li il pn mandux il maggoranza tal polu ma ninsewx li ammont kbir ma vvutawx l ahhar elezzjoni ,ghandu biss il maggoranza ta dawk li vvutaw jigifieri fil pajjiz hawn maggoranza li lil gonzi ma tridux .fuq din lanqas missu jorqod bil lejl.u jekk gonzi tinzerta taqra hawn hu pacenzja meta titkellem insa li int avukat u tirrectax ghax iz zmien ta dak l istil ta politika ghadda.